Palazzi

Palazz Ta' Kaspru

Palazz Ta’ Kaspru li kien ta’ xi familja sinjura ta’ żminijiet passati. Fih stil arkitettoniku b’saħħtu, element li jista’ joffri xi forma ta’ protezzjoni minn inkursjonijiet barranin tal-passat speċjalment minn korsari Musulmani.

Huwa maħsub li dan il-palazz inbena madwar is-sena 1621 billi bbażat din is-suppożizzjoni fuq id-data li tidher fuq bieb tal-ġenb ta’ dan il-bini. Wieħed jista’ jara wkoll l-ittri ‘IHS’ fuq din l-istess daħla, dawn huma l-ewwel tliet ittri Griegi għal ‘ĠESÙ’.

Saru xi alterazzjonijiet matul is-snin kif jidher minn ħarsa mill-qrib lejn il-bini. Il-Palazz ‘Ta’ Kaspru’ illum jinsab f’żona mibnija u sar parti mill-ambjent urban. Iżda fil-passat żgur kien ikkmanda dehra aktar imponenti peress li ħafna mill-art ta’ madwarha kienet magħmula minn għelieqi b’Ta’ Kaspru f’nofs.